Free Web Hosting Provider - Web Hosting - E-commerce - High Speed Internet - Free Web Page
Search the Web

Mill-Gazzetti

Home Regatta tal-Vitorja 2009 Rebbieha Vitorja Storja Generali Kumitat 2009/2010 Kumitat Regatta ta' Jum il-Helsien Rebbieha Jum il-Helsien Ritratti Jum il-Helsien 09 Ritratti Vitorja 2008 Under 18 Ritratti Mill-Imghoddi Mill-Gazzetti Links



 L-Orizzont - Is-Sibt, 4 ta' Lulju 2009 

Regatta:
Birżebbuġa jingħataw maħżen


Il-Klabb Regatta Birżebbuġa sa fl-aħħar ingħata l-maħżen li tant ilu jistenna biex issa jkun jista’ jipprepara aħjar għall-parteċipazzjoni tiegħu għar-Regatta.

Birżebbuġa ngħataw maħżen fix-xatt tal-Belt ħdejn id-dwana l-antika wara li l-kuntratt mad-Dipartiment tal-Artijiet ġie ffirmat nhar l-Erbgħa filgħaxija. Għad-Dipartiment iffirma s-Segretarju Parlamentari, Jason Azzopardi, filwaqt li għall-Klabb Regatta Birżebbuġa ffirmaw is-segretarju Simon Micallef u t-teżorier Alex Azzopardi.

Birżebbuġa kienu ilhom is-snin bil-problema tal-maħżen u kien fl-2007 li l-Konsorzju Cottonera Waterfront Group wasal fi ftehim mal-klabb ta’ Birżebbuġa biex isellfilhom b’mod temporanju wieħed mill-imħażen max-xatt tal-Birgu. Iżda f’Marzu ta’ din is-sena twaħħlu avviżi ta’ żgombru minħabba li ried jitkompla l-proġett max-xatt tal-Birgu u għalhekk Birżebbuġa kienu se jispiċċaw f’nofs it-triq.

Wara Marzu Birżebbuġa ma kellhomx kenn għad-dgħajjes tagħhom u kien biss għall-kuxjenza u s-solidarjetà tal-Cottonera Waterfront Group li l-opri tagħhom setgħu jinżammu għal ftit jiem oħra fl-istess maħżen. Iżda l-uffiċjali u l-qaddiefa ta’ Birżebbuġa ma kellhomx aċċess għall-opri tagħhom minħaba xi xogħol li kien qiegħed isir fis-sit.

Għaldaqstant il-laqgħat mal-awtoritajiet intensifikaw wara li Birżebbuġa rtiraw ukoll mir-Regatta ta’ Taħt it-18-il Sena. Iżda f’nofs ix-xahar li għadda rċevew l-aħbar tajba li kien instabilhom maħżen u kienu se jiffirmaw il-kuntratt lejn l-aħħar tax-xahar.

Filfatt hekk ġara biex wara ħafna snin ta’ inċertezza issa Birżebbuġa għandhom il-maħżen tagħhom ukoll u għalkemm jistgħu ma jibqgħux fil-post minħabba proġett li jista’ jsir fil-Port il-Kbir, huma ġew imwiegħda li jingħataw post ieħor.

Dan il-ġurnal iħossu sodisfatt li l-Klabb Regatta Birżebbuġa ingħata maħżen hekk kif kien protagonist biex iqajjem kuxjenza lejn din il-problema kbira li kien qiegħed jiffaċċja dan il-klabb. Wara kollox wieħed mill-għanijiet tal-ġurnali tal-Union Press huwa dak soċjali u f’dan il-każ l-Orizzont għen biex titkompla titrawwem il-kultura sportiva u t-tradizzjoni antika li ġġib magħha r-Regatta.


L-Orizzont - It-Tlieta, 9 ta' Settembru 2008

L-ewwel suċċess fir-Regatta għal B’Bugia

L-istorja tista’ tgħid li rrepetiet ruħha fil-Kategorija B bid-distrett ta’ Birżebbuġa jiddomina u jilħaq l-għan li ħadem għalih, dik tar-rebħ tax-shield ta’ din il-kate-gorija.

Wara li f’dawn l-aħħar snin fallew fil-miri tagħhom fil-Kategorija Open, Birżebbuġa ddeċidew li jikkonċentraw fil-Kategorija B u bi ftehim mal-qaddiefa, dawk li f’Marzu qadfu fil-kategorija Open, il-bieraħ qadfu fil-kategorija l-oħra. Għaldaqstant l-opri ta’ Birżebbuġa kienu qawwija kif fil-fatt irriżulta biex rebħu l-ewwel shield fl-istorja tagħhom.

Birżebbuġa rebħu erba’ tiġrijiet u fallew biss fit-tieni waħda, f’dik tal-Kajjikki meta spiċċaw wara l-Isla.

 

Il-Kalkara kienu qed jitqiesu l-akbar sfidanti ta’ Birżebbuġa wara li f’Marzu fallew ir-rebħ tax-shield ta’ din il-kategorija bi ftit punti.

Iżda l-bieraħ iddiżappuntaw wara li ma rebħu l-ebda tiġrija, ipplejsjaw it-tie-ni f’erba’ tiġrijiet u ma pplejsjawx fit-tieni tiġrija tal-Kajjikki.

Mid-distretti l-oħra kienu l-Isla u l-Marsa li rebħu l-punti filwaqt li r-rebbieħa ta’ Marzu, jiġifieri l-Birgu, li din is-sena qed jiċċelebraw ukoll iċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-klabb, iddiżappuntaw bil-kbir meta ma rebħu ebda punt. Jikkonfermaw li d-deċiżjoni tagħhom li jżarmaw l-opri tal-Kategorija B biex isaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Kategorija A ma kenitx l-aħjar waħda għax kieku kien ikollhom ċans tajjeb jisfidaw għax-shield ta’ din il-kategorija.

Il-klassifika finali kienet taqra hekk, Birżebbuġa b’84 punt, Kalkara bi 48 punt, l-isla bi 28 punt u l-Marsa bi 12-il punt.

 
In-Nazzjon - It-Tlieta, 9 ta' Settembru 2008
Kategorija B intebhet ghall-ewwel darba minn Birzebbuga li rebhu erba' mill-hames tlielaq. It-tigrija li ma rebhux kienet dik tal-kajjiki li ntrebhet mill-Isla.
Fi tmiem iz-zewg regatti, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport, Dolores Cristina pprezentat ix-Shields lill-Presidenti taz-zewg klabbs fost il-ferh u l-entuzjazmu tal-partitarji u komplew fl-Isla u f'Birzebbuga wara li ntemmet l-attivita organizzata mill-Kumitat Festi Nazzjonali. 

 
Times of Malta - Tuesday, 9th September 2008 

The reserve shield, a category open to under 25-year olds, was won by Birżebbuġa with 84 points.

The clubs that took part in the 2008 Victory Day regatta were Birżebbuġa, Vittoriosa, Cospicua, Kalkara, Senglea, Marsa and Marsamxett-Valletta.

In comparison to their success in the recent past, Marsamxett did not fare well in this year's regatta.

The event was a calm and controlled affair compared to some of the previous years. On a couple of occasions, when a flare-up threatened, it was quickly smoothed over by the fair amount of policemen who were constantly patrolling the area.

Weather-wise, it was a perfect day for the regatta to be held - a cloudless sky and a warm summer breeze. The bastions of two of The Three Cities were adorned with large and colourful sponsors' banners and a huge number of regatta supporters on Senglea point could not contain their raucous hollering and fog-horn blowing each and every time their team rowed past.

There appeared to be a strong sense of solidarity between the different club delegates. On hearing the results, many a pat on the shoulder and embrace were exchanged.

Minister for Education, Culture, Youth and Sport Dolores Cristina presented the shields to the winning teams in each category.


 L-Orizzont - l-1 t'April 2008

Marsa u Birżebbuġa ħadu sehem fit-tiġrijiet kollha, b’Marsa jkollhom parteċipazzjoni sodisfaċenti meta spiċċaw fit-tieni post fil-Frejgatna u fit-tielet post f’tad-Dgħajjes C tal-Pass b’Żewġ Imqadef, f’tal-Kajjikki u f’tad-Dgħajjes B tal-Pass b’Erba’ Imqadef.

Birżebbuġa pplejsjaw biss fl-ewwel tiġrija tad-Dgħajjes A tal-Midalji meta spiċċaw fit-tielet post iżda għall-aspettattivi mistennija mill-kumitat iddiżappuntaw.


It-Torca - l-1 t'April 2007 

Kienet regatta mill-aktar interessanti u bilancjata fejn qabel l-ahhar tigrija erba’ distretti kienu ghadhom bic-cans li jirbhuha. Izda accident sfortunat li sehh fl-ahhar tigrija, meta d-dghajjes ta’ Bormla u Marsamxett kienu nvoluti f’habta, fetah berah it-taqtiegha bejn id-distrett tal-Marsa u dak ta’ Birzebbugia, b’dawn ta’ l-ahhar b’rebha kienu jirbhu x-shield.

Izda kienu l-Marsin li dahku l-ahhar biex bl-24 punt miksuba f’din it-tigrija telghu fl-ewwel post bl-istess ammont ta’ punti daqs Bormla biex b’hekk dawn iz-zewg distretti se jzommu x-shield ghal sitt xhur.

Mill-ewwel battuti deher car li t-taqtiegha principali kienet se tkun bejn id-distretti ta’ Bormla u dak ta’ Marsamxett. Izda qadfa mill-aqwa tad-distrett ta’ Birzebbugia fit-tielet tigrija regghet fethet it-taqtiegha berah biex fir-raba’ tigrija kien id-distrett ta’ Senglea li hareg rebbieh segwit minn Marsamxett u Bormla rispettivament.

L-accident imsemmi aktar qabel xekkel l-aspirazzjonijiet taz-zewg distretti nvoluti, b’mod partikulari dak ta’ Marsamxett, biex il-Bormlizi kellhom jikkuntentaw li jaqsmu ir-rebh tax-Shield flimkien mad-distrett ta’ Marsa.


 L-Orizzont - 9 ta'Settembru 2005

 Fit-tielet tigrija tal-kategorija Open tad-Dghajjes C tal-Pass Bormla u Marsa rtiraw biex kienu l-Isla li dahlu fl-ewwel post segwiti minn Marsamxett u Birzebbuga.

Hawnhekk ta’ min isemmi li dan kien palju storiku ghal Birzebbugia ghax huwa l-ewwel wiehed mirbuh minnhom fl-istorja tal-club. M’hemmx dubju li c-celebrazzjonijiet taghhom kienu mill-iktar gustifikati u haqqhom inkoraggiment ghax-xoghol kbir li qed jaghmlu.


 L-Orizzont, l-1 t'April 2005

 Il-club l-iehor li ha sehem f‘din il-kategorija kien dak ta’ Birzebbuga li waqt li kien qed jaghmel ir-ritorn tieghu fir-Regatta wara hafna snin, kienu qed jiddebuttaw f’din ta’Marzu.

 
Ghalkemm l-ghan taghhom kien iktar iffukat fuq il-kategorija B, Birzebbuga riedu jaghtu esperjenza liz-zghazagh taghhom u ghalhekk hadu sehem f’zewg tigrijiet f’kull kategorija, f’dik tal-Frejgatiniu tal-Kajjikki. Izda huma jridu jharsu ’l quddiem b’ottimizmu meta rnexxielhom jispiccaw f’kull tigrija mentri kien hemm clubs li rtiraw waqt it-tigrija.